Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 – Micşa vs Administrația Finanțelor Publice Lugoj et
(Kawża C-573/10)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Taxxi interni – Artikolu 110 TFUE – Taxxa fuq it-tniġġis miġbura mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur”
Dispożizzjonijiet fiskali - Taxxi interni - Taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fit-territorju nazzjonali – Taxxa applikabbli għal vetturi użati importati u li ma għandha ebda ekwivalent rigward vetturi li jinsabu fis-suq nazzjonali, tal-istess sena u li jinsabu fl-istess kundizzjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 110 TFUE) (ara l-punti 22, 23, 25 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Curtea de Apel Timişoara - Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li qabel kienu rreġistrati fi Stati Membri oħra - Taxxa ambjentali imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru - Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE - Validità tal-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa introdotta għal ċerti kategoriji ta’ vetturi.
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru idaħħal taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali tkun stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess sena u li huma fl-istess kundizzjoni fis-suq nazzjonali.
Full & Egal Universal Law Academy