Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ottubru 2011 – Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill
(Kawża C‑605/10 P(R))
“Appell – Digriet għal miżuri provviżorji – Protezzjoni tal-annimali – Regolament (KE) Nru 1007/2009 – Kummerċ tal-prodotti mill-foki – Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-kummerċjalizzazjoni tal-imsemmija prodotti – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”
Appell - Interess ġuridiku - Eżami ex officio mill-Qorti tal-Ġustizzja - Fatti li seħħew wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà tar-rikors prinċipali quddiem il-Qorti Ġenerali - Appell li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artkolu 57) (ara l-punti 15, 16, 18)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (T‑18/10 R II) Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba intiża għas-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, p. 36).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell.
2)
Ir-rikorrenti, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom
Full & Egal Universal Law Academy