Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2011 – Umbach vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-609/10 P)
“Appell – Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet – ‘Programm TACIS’ – Kuntratt konkluż mill-Kummissjoni – Rexissjoni ta’ kuntratt – Tilwima bejn il-kontraenti – Talba għal aċċess għal dokumenti – Inammissibbiltà manifesta”
Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 112(1)(ċ) u 119) (ara l-punti 14-17)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2010, Umbach vs Il‑Kummissjoni (T‑474/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Settembru 2008, li tirrifjuta lill-appellant aċċess għal ċerta informazzjoni li tinsab f’dokumenti marbuta ma’ kuntratt konkluż bejn l-appellant u l-Kummissjoni u li tirrigwarda l-assistenza għar-redazzjoni ta’ kodiċi amministrattiv għall-benefiċċju tal-Federazzjoni tar-Russja fil-kuntest tal-programm TACIS - Talba għal aċċess marbuta mat-tilwima bejn l-appellant u l-Kummissjoni wara x-xoljiment tal-imsemmi kuntratt - Nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
C. Umbach huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy