Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 – Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA
(Kawża C-626/10 P)
“Appell – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Artikolu 4(1)(b) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) – Protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Regolament (KE) Nru 58/2003 – Aġenziji eżekuttivi – Kompetenza sabiex jiġu ttrattati t-talbiet li jikkonfermaw it-talbiet għal aċċess għal dokumenti – Prinċipju ta’ trasparenza – Kunċett ta’‘interess pubbliku superjuri’ – Żbalji ta’ liġi”
1. Appell - Aggravji - Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 60)
2. Proċedura - Motivazzjoni tas-sentenzi - Portata (ara l-punt 87)
3. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 107)
4. Rikors għal annullament - Termini - Bidu tad-dekorrenza - Att mhux innotifikat lir-rikorrent - Obbligu li jintalab it-test sħiħ tal-att f’terminu raġonevoli ladarba l-eżistenza tiegħu ssir magħrufa (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 127, 131)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tal-21 ta’ Ottubru 2010, Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA (T-439/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-EACEA, tal-1 ta’ Awwissu 2008, dwar talba għal aċċess għad-dokumenti dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3749, tat-8 ta’ Awwissu 2008, dwar deċiżjoni individwali ta’ għoti ta’ sussidju fil-kuntest tal-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja, subprogramm Jean Monnet - Ksur tad-dritt għal aċċess għal dokumenti u tal-prinċipju ta’ trasparenza - Żbalji ta’ liġi.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Agapiou Joséphidès hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy