29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/62
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-1/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-mard - Talbiet għal rimbors ta’ spejjeż mediċi - Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ motivazzjoni)
2011/C 30/121
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-ħlas ta’ 100 % tal-ispejjeż mediċi tar-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjonijiet impliċiti li permezz tagħhom il-Kummissjoni Ewropea ċaħdet l-applikazzjonijiet tal-25 ta’ Diċembru 2008 ta’ L. Marcuccio għar-rimbors bir-rata normali ta’ ċerti spejjeż mediċi huma annullati.
(2)
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 63, 13.03.2010, p. 52.
Full & Egal Universal Law Academy