29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/63
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Gheysens vs Il-Kunsill
(Kawża F-8/10) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2011/C 30/122
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Johan Gheysens (Malines, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Balta u K. Zieleśkiewicz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jiġix estiż il-kuntratt tar-rikorrent u, konsegwentement, li tintemm ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu mal-Kunsill.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ J. Gheysens huwa miċħud.
(2)
J. Gheysens ibati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010, p. 69.
Full & Egal Universal Law Academy