6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/39
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Mejju 2011 — Bombín Bombín vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-22/10) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Leave għal raġunijiet personali - Leave annwali - Trasferiment ta’ leave - Uffiċjal li ma għadux fis-servizz - Kumpens finanzjarju)
2011/C 232/68
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Luis María Bombín Bombín (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Pardo Pedernera, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li biha rrifjutat li tagħti lir-rikorrent, meta rtira, kumpens ta’ iktar minn tnax-il ġurnata għal-leave li ma tteħidx.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ L. M. Bombín Bombín huwa miċħud.
(2)
L. M. Bombín Bombín huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 148, 05.06.10, p. 54.
Full & Egal Universal Law Academy