12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/23
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2011 — Mioni vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-28/10) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Allowance ta’ espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Residenza abitwali qabel id-dħul fil-kariga)
2012/C 138/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gaëtan Barthélémy Maxence Mioni (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li twaqqaf l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni preċedentement mogħtija lir-rikorrent
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ G. Mioni huwa miċħud.
(2)
G. Mioni għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 179, 03.07.2010, p. 58
Full & Egal Universal Law Academy