28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/35
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Guittet vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-31/10) (1)
(Servizz pubbliku - Ex uffiċjal - Sigurtà soċjali - Inċident - Għeluq tal-proċedura skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Applikazzjoni ratione temporis tal-iskeda annessa mal-verżjoni l-ġdida tal-leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Tul tal-proċedura)
2012/C 227/56
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christian Guittet (Cannes, Franza), (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti, assistiti minn J.-L. Fagnart, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura miftuħa taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal li rrikonoxxiet lir-rikorrent rata ta’ invalidità permanenti ta’ 64.5 % u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-danni materjali u morali sostnuti.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tas-27 ta’ Lulju 2009 li tagħlaq il-proċedura miftuħa taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea wara l-inċident tat-8 ta’ Diċembru 2003, li G. Guittet safa vittma tiegħu, hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 2 500 lil G. Guittet.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn G. Guittet.
(1) ĠU C 179, 3.7.2010, p. 59.
Full & Egal Universal Law Academy