6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/40
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 — De Nicola vs Bank Ewropew tal-Investiment
(Kawża F-49/10) (1)
(Servizz Pubbliku - Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment - Assigurazzjoni għall-mard - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi - Talba għall-ħatra ta’ tabib indipendenti - Terminu raġonevoli)
2011/C 232/69
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jirrimborsax l-ispejjeż għal sessjonijiet ta’ terapija bil-laser.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 221, 14.8.10, p. 61.
Full & Egal Universal Law Academy