6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/40
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011
AS vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-55/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda tal-kandidatura - Interess ġuridiku - Uffiċjal invalidu - Indiviżibbiltà tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura u tad-deċiżjoni tal-ħatra - Nuqqas - Distinzjoni bejn uffiċjali fl-istess grupp ta’ funzjoni u titulari tal-istess grad u f’karriera differenti - Korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg)
2011/C 232/70
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AS (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni l-kandidatura tar-rikorrenti għal pożizzjoni ta’ assistent bibljotekarju u l-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallasha somma għall-kumpens għad-danni materjali u morali.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet il-kandidatura ta’ AS hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil AS is-somma ta’ EUR 3 000.
(3)
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ AS.
(5)
AS għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy