10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/22
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012 — Allgeier vs FRA
(Kawża F-58/10) (1)
(Servizz pubbliku - Dmir ta’ assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Investigazzjoni amministrattiva)
2012/C 343/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Timo Allgeier (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tilqax l-ilment dwar fastidju psikoloġiku ippreżentat mir-rikorrent. Min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi rikonoxxut li r-rikorrent kien vittma ta’ fastidju psikoloġiku min-naħa tas-superjuri tiegħu, kif ukoll il-ħlas tad-dannu materjali u morali mġarrab.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2009 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali hija annullata.
(2)
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali hija kkundannata tħallas lil T. Allgeier is-somma ta’ EUR 5 000.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ T. Allgeier.
(1) ĠU C 260, 25.9.2010, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy