28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/35
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012 — AF vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-61/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għal assistenza - Fastidju psikoloġiku u trattament diskriminatorju - Żball ta’ evalwazzjoni)
2012/C 227/57
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AF (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba tagħha għal assistenza fir-rigward ta’ fastidju psikoloġiku li tiegħu ir-rikorrenti tqis li kienet vittma, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni morali mġarrba.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
AF għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010, p. 63
Full & Egal Universal Law Academy