28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/35
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — BL vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-63/10) (1)
(Servizz pubbliku - Ex uffiċjal - Sigurtà soċjali - Inċident - Għeluq tal-proċedura skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Applikazzjoni ratione temporis tal-iskeda annessa mal-verżjoni l-ġdida tal-leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Tul tal-proċedura)
2012/C 227/58
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BL (Brussell, il-Belġju), (rappreżentanti: L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura miftuħa taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal wara l-inċident tar-rikorrent tat-13 ta’ Awwissu 2001 li rrikonoxxiet fir-rigward tiegħu rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 6 % u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallas lir-rikorrent ammont għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 li tagħlaq il-proċedura miftuħa taħt l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea wara l-inċident tat-13 ta’ Awwissu 2001, li BL safa’ vittma tiegħu, hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 2 500 lil BL.
(3)
Il-kumpalment tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn BL.
(1) ĠU C 260, 25.9.2010, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy