6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/40
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Mantzouratos vs Il-Parlament
(Kawża F-64/10) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni - Ammissibbiltà ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2011/C 232/71
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Andreas Mantzouratos (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u K. Zejdová, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali li għandhom inqas punti ta’ mertu mir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 274, 9.10.10, p. 33.
Full & Egal Universal Law Academy