16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/26
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Mata Blanco vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-65/10) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni interna COM/INT/OLAF/09/AD10 - Ġlieda kontra l-frodi - Kompetenzi rispettivi tal-EPSO u tal-ġurija - Testijiet ta’ aċċess sorveljati mill-ġurija - Test orali - Ksur tal-avviż tal-kompetizzjoni - Differenzi fil-marki - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2013/C 46/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: José Manuel Mata Blanco (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement minn B. Eggers, aġent)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni interna “COM/INT/OLAF/09/AD10 — Amministraturi speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-frodi” kif ukoll tal-lista ta’ riżerva u tad-deċiżjonijiet kollha meħuda abbażi ta’ din il-lista.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
J. M. Mata Blanco għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010, p. 73.
Full & Egal Universal Law Academy