6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/41
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 — AQ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-66/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2009 - Grad tal-evalwatur inferjuri għal dak tat-titolari tal-post - Evalwazzjoni tal-effiċjenza fuq parti tal-perjodu ta’ riferenza - Nuqqas ta’ twaqqif ta’ objettivi għat-titolari tal-post)
2011/C 232/72
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AQ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 inkwantu kklassifikah fil-livell ta’ prestazzjoni III u assenjalu żewġ punti ta’ promozzjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta’ AQ għall-proċedura ta’ evalwazzjoni u tal-promozzjoni tal-2009 kif ukoll id-deċiżjoni li attribwit lil AQ żewġ punti ta’ promozzjoni fl-istess proċedura huma annullati.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tħallas lil AQ is-somma ta’ EUR 2 000.
(3)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija tat-talbiet.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010, p. 74.
Full & Egal Universal Law Academy