19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/37
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Settembru 2011 — Behnke vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-68/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2009 - Motivazzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat konġunt ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2011/C 340/74
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Thorsten Behnke (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi kklassifikat fil-grupp ta’ ħidma II u li jingħata 5 punti ta’ promozzjoni għall-finijiet tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tiegħu għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart tal-ispejjeż ta’ T. Behnke.
(3)
T. Behnke għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010, p. 74.
Full & Egal Universal Law Academy