12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/24
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Kimman vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-74/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2009 - Klassifikazzjoni f’livell ta’ prestazzjoni - Deċiżjoni ta’ għoti tal-punti ta’ promozzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Opinjoni ta’ grupp ad hoc - Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Motiv invokat ex officio - Oneru tal-prova)
2012/C 138/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Eugène Émile Kimman (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u P. Pecho, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2008.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart mill-ispejjeż ta’ E. Kimman.
(3)
E. Kimman għandu jbati tliet kwarti mill-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010, p.63.
Full & Egal Universal Law Academy