12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/24
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — AJ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-80/10)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Artikoli 43 u 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Motivazzjoni)
2012/C 138/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AJ (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
AJ għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy