12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/25
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011 — Praskevicius vs Il-Parlament
(Kawża F-81/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozjoni - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Punti ta’ mertu - Eżami komparattiv tal-merti - Motivazzjoni)
2012/C 138/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vidas Praskevicius (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u N. B. Rasmussen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AD6 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u talba għall-kumpens għad-danni morali subiti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010, p. 66
Full & Egal Universal Law Academy