12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/25
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 — Bovagnet vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-89/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance għall-edukazzjoni - Spejjeż tal-edukazzjoni - Kunċett)
2012/C 138/50
Lingwa tal-Kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: François-Carlos Bovagnet (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Korving, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tirrimborsax kompletament l-ispejjeż tal-edukazzjoni tat-tfal tar-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Diċembru 2009 hija annullata sa fejn din tirrifjuta milli tirrimborsa lil F. Bovagnet il-parti tal-ispejjeż tal-edukazzjoni sostnuti minnu u marbuta mal-parteċipazzjoni fil-fondi ta’ investiment u ta’ amministrazzjoni tal-istabbiliment ta’ edukazzjoni ffrekwentat miż-żewġt itfal tiegħu.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil F. Bovagnet id-differenza bejn l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni mogħti u l-ammont li jirriżulta mill-kalkolu tal-imsemmija allokazzjoni inklużi l-ispejjeż sostnuti għall-parteċipazzjoni fil-fondi ta’ investiment u ta’ amministrazzjoni tal-istabbiliment ta’ edukazzjoni ffrekwentat miż-żewġt itfal tiegħu, bla ħsara għall-osservanza tal-limitu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010, p. 61.
Full & Egal Universal Law Academy