12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/25
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Frar 2012 — AM vs Il-Parlament
(Kawża F-100/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut ta’ rikonoxximent tal-oriġini aċċidentali ta’ attakk ta’ puplesija - Kummissjoni medika - Prinċipju ta’ kolleġjalità)
2012/C 138/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AM (Málaga, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tikkunsidra bħala aċċident fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tal-iSKAM, l-attakk ta’ puplesija li r-rikorrent kellu fil-5 ta’ Marzu 2006.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
AM huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 55, 19.02.2011, p. 37.
Full & Egal Universal Law Academy