12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/26
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Frar 2012 — AT vs EACEA
(Kawża F-113/10) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni - Deċiżjoni li tkun saret definittiva - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Dewmien - Terminazzjoni minn qabel ta’ kuntratt għal żmien determinat minħabba inkompetenza professjonali - Stħarriġ ġudizzjarju - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2012/C 138/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AT (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: EACEA (rappreżentanti: F. Couplan u D. Homann, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
L-ewwel nett, talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2008, it-tieni nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, li tittermina minn qabel il-kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat tar-rikorrent u, it-tielet nett, it-talbiet għall-ħlas tad-dannu subit.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
AT għandha tbati l-ispejjeż kollha
(1) ĠU C 72, 05.03.2011, p. 35
Full & Egal Universal Law Academy