12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/26
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Bowles, Larue u Whitehead vs BĊE
(Kawża F-114/10) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Aġġustament ġenerali tas-salarji - Metodu ta’ kalkolu - Data provviżorja - Kriżi ekonomika u finanzjarja - Ċirkustanzi speċjali - Att li jikkawża preġudizzju - Dikjarazzjoni tar-remunerazzjoni - Att provviżorju)
2012/C 138/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Carlos Bowles, Emmanuel Larue u Sarah Whitehead (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Carlini u M. López Torres, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba intiża għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti ta’ Jannar 2010 u tax-xhur ta’ wara, sa fejn dawn japplikaw żieda fis-salarju ta’ 2 %, wara l-eżerċizzju ta’ aġġustament tas-salarji għall-2010, kif ukoll għall-kumpens għad-danni materjali subiti mir-rikorrenti
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew li jiżdiedu bi 2 % ir-remunerazzjonijiet ta’ C. Bowles, E. Larue u S. Whitehead mill-1 ta’ Jannar 2010, kif juru d-dikjarazzjonijiet tas-salarju tagħhom tax-xahar ta’ Jannar 2010 u tax-xhur ta’ wara, huma annullati.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 55, 19.02.2011, p. 37.
Full & Egal Universal Law Academy