16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/27
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-122/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba għal skema ta’ pensjoni nazzjonali - Irtirar ta’ proposta ta’ trasferiment - Att li ma pprovdiex drittijiet suġġettivi jew vantaġġi oħra simili)
2013/C 46/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Cocchi (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) u Nicola Falcione (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi rtirata proposta dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti, li diġà ġiet aċċettata minnhom.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 u tat-23 ta’ Frar 2010 huma annullati inkwantu rtiraw il-proposti, magħmula lil G. Cocchi u lil N. Falcione, filwaqt li indikaw ir-riżultat, fi snin ta’ servizz, ta’ pensjoni addizzjonali li eventwali trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom ser jiġġenera.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati terz mill-ispejjeż sostnuti minn G. Cocchi u N. Falcione.
(4)
G. Cocchi u N. Falcione għandhom ibatu żewġ terzi mill-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 63, 26.02.2011, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy