20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/46
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2013 — Labiri vs KESE
(Kawża F-124/10) (1)
(Servizz pubbliku - Dmir ta’ assistenza - Artikolu 12a tal-Istatut - Fastidju psikoloġiku - Investigazzjoni amministrattiva)
2013/C 114/68
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vassilliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Arsène u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tingħalaq mingħajr tkomplija l-proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva li nbdiet wara lment dwar fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-18 ta’ Jannar 2010 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew hija annullata.
(2)
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn V. Labiri.
(1) ĠU C 63, 26.02.2011, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy