15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/38
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2010 — AB vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-3/10) (1)
(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Ilment tardiv - Inammissibbiltà manifesta)
2011/C 13/73
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AB (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) GU C 100, 17/04/2010, p. 69.
Full & Egal Universal Law Academy