27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/52
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 — Hecq vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-10/10) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Teħid ta’ responsabbiltà ta’ 100 % għal spejjeż mediċi - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda - Nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ rikonoxximent li l-mard huwa kkaġunat mix-xogħol - Kompetenza limitata tal-amministrazzjoni - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment - Deċiżjoni mhux purament konfermattiva - Nuqqas ta’ lment - Inammissibbiltà)
2011/C 252/112
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: André Hecq (Chaumont-Gistous, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti, assistiti minn J.-L Fagnart, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad talba għal rimbors, ta’ 100 %, ta’ diversi spejjeż mediċi.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ir-rikors mhuwa miċħud bħala parzjalment manifestament infondat u bħala parzjalment manifestament inammissibbli.
(2)
A. Hecq għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 100, 17.04.10, p. 70.
Full & Egal Universal Law Academy