27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/52
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011
Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-14/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Inċident - Proċedura ta’ rikonoxximent ta’ invalidità permanenti parzjali skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Tul tal-proċedura - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)
2011/C 252/113
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-kundanna tal-konvenuta għall-kumpens tad-dannu mġarrab mir-rikorrent minħabba t-tul tal-proċeduri dwar ir-rikonoxximent ta’ invalidità parzjali.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ L. Marcuccio huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
L. Marcuccio huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
L. Marcuccio huwa kkundannat li jirrimobrsa lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 1 000 skont l-Artikolu 94 tar-Regoli ta’ Proċedura.
(1) ĠU C 134, 22.05.2010, p. 54.
Full & Egal Universal Law Academy