6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/42
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-33/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - DĠE tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rapport redatt wara s-sentenza mogħtija fil-Kawża F-36/07 - Inammissibbiltà manifesta)
2011/C 232/75
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1.1.2005 sal-31.12.2005, kif ġie redatt wara l-annullament tiegħu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-sentenza tiegħu F-36/07.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010, p. 53.
Full & Egal Universal Law Academy