12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/30
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 — Maruccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-69/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Illegalità - Trażmissjoni ta’ ittra dwar l-ispejjeż ta’ kawża lill-avukat li rrappreżenta lir-rikorrent f’din il-kawża - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)
2012/C 138/65
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Maruccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jikseb kumpens minħabba li l-konvenuta bagħtet ittra, li tirrigwarda lir-rikorrent lil avukat li kien għadu ma jirrappreżentahx f’din il-kawża.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(3)
L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 2 000.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010, p. 75.
Full & Egal Universal Law Academy