24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/50
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2011 — Coedo Suárez vs Il-Kunsill
(Kawża F-73/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għad-danni, segwita minn deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-imsemmija talba - Ilment preċedenti tardiv kontra d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda - Inammissibbiltà)
2011/C 282/94
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Angel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrent u t-talba għall-kumpens tad-dannu materjali u morali subit.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 301, 06.11.10, p. 63.
Full & Egal Universal Law Academy