27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/53
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2011 — Scheefer vs Il-Parlament
(Kawża F-75/10) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 252/115
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Séverine Scheefer (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: C. L’Hote-Tissier, R. Adam u P. Ketter, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Ignătescu u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenut li jirrifjutaw li jagħtu deċiżjoni motivata fir-rigward tas-sitwazzjoni ġuridika tar-rikorrenti u li jirrifjutaw in fine r-riklassifikazzjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti għal impjieg għal perijodu indeterminat skont l-Artikolu 8(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, kif ukoll il-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-75/10, Scheefer vs Il-Parlament.
(2)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż ta’ S. Scheefer.
(1) ĠU C 301, 06.11.10, p. 64.
Full & Egal Universal Law Academy