2.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 157/12
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 — Colart et vs Il-Parlament
(Kawża F-76/10) (1)
(Servizz Pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 157/21
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Philippe Colart u oħrajn (Bastogne, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Mmes S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-istqarrijiet ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-76/10, Colart et vs Il-Parlament.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 301, 06.11.10, p. 64.
Full & Egal Universal Law Academy