27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/54
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Adriaens et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-87/10) (1)
(Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 252/118
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Stéphane Adriaens (Evere, il-Belġju) et (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta, riprodotta fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti, li tillimita l-aġġustament tas-salarji tagħhom, minn Lulju 2009, għal żieda ta’ 1,85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-87/10, Adriaens et vs Il-Kummissjoni.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 13, 15.01.2011, p. 40.
Full & Egal Universal Law Academy