10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/24
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2011
Cervelli vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-98/10) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance ta’ espatrijazzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Fatti ġodda u sostanzjali - Rikors manifestament inammissibbli)
2011/C 362/42
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: F. Cervelli (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. R. García-Gallardo Gil-Fournier u M. Arias Díaz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rifjut li tingħata allowance ta’ espatrijazzjoni lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
F. Cervelli għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 13, 15.01.11, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy