27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/55
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-106/10) (1)
(Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonjiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 252/122
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ivo Gross (Lussemburgu, il-Lussemburgu) et (rappreżentant: J. Kayser, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti ta-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A.V. Placco, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet riprodotti fl-istqarrijiet ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat 23 ta’ Diċembru 2009.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-106/10, Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 72, 05.03.11, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy