12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/30
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Marzu 2011 — AP vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-107/10)
(Servizz pubbliku - Dewmien - Inammissibbiltà manifesta)
2012/C 138/66
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AP (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Qorti tal-Ġustizzja li, minkejja li tagħti lir-rikorrent id-dritt għall-allowance tad-dar mill-1 ta’ Lulju 2009, tagħtih id-dritt għall-benefiċċju minn din l-allokazzjoni biss mill-1 ta’ Novembru 2009 u, sussidjarjament, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
AP għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy