12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/30
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Lulju 2011 — Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-108/10) (1)
(Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 138/67
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Filice et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta, riprodotti fid-dikjarazzjonijiet tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti, li jillimitaw l-aġġustament tal-pagi tagħhom, b’effett minn Lulju 2009, għal żieda ta’ 1,85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri oħra tal-persunal fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-108/10, Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011, p. 65.
Full & Egal Universal Law Academy