31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/47
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Biwer et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-115/10) (1)
(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura irċevuta minn xi mkien ieħor - Rikors manifestament infondat)
2013/C 252/82
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jacques Biwer et (Bascharage, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba intiza għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċerta għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru lill-istudenti tat-tagħlim superjuri tiġi kkunsidrata bħala allowance tal-istess natura bħal allowances tal-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ J. Biwer u tal-ħames rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness huwa miċħud bħala manifestamentet infondat fid-dritt.
(2)
J. Biwer u l-ħames rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess u għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011, p. 66.
Full & Egal Universal Law Academy