17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/69
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2010 — Gheysens vs Il-Kunsill
(Kawża F-8/10)
2010/C 100/102
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Johan Gheysens (Mechelen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jiġix estiż il-kuntratt tar-rikorrent u, konsegwentement, li tintemm ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu mal-Kunsill.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni li ma jiġix estiż il-kuntratt tar-rikorrent wara t-30 ta’ Settembru 2009 u r-rifjut li jittieħdu l-miżuri kollha bil-għan li tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni amministrattiva tar-rikorrent li ilu għal 16-il sena jeżerċita kompiti permanenti mal-istituzzjoni;
—
jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy