1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/79
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2010 — Kerstens vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-12/10)
2010/C 113/117
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni dixxiplinari permezz ta’ twissija bil-miktub.
It-talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-23 ta’ April 2009, li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni dixxiplinari permezz ta’ twissija bil-miktub;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy