19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/57
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2010 — Marsili vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-19/10)
2010/C 161/91
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Letizia Marsili (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu u M. Velardo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva għall-kompetizzjoni EPSO/AST/51/08, kif ukoll il-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tas-17 ta’ Diċembru 2009 li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista għall-kompetizzjoni EPSO/AST/51/08 u tikkundanna lill-konvenuta tħallas id-danni stmati provviżorjament għal EUR 1 u li ser ikunu ddefiniti iktar preċiżament matul il-kawża, kif ukoll l-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata ta’ 6,75 % għad-danni morali u materjali subiti.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy