3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/58
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2010 — Costa vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-26/10)
2010/C 179/100
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Antonino Costa (Thionville, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li teskludi lir-rikorrent mill-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallaslu somma għad-dannu morali kkawżat.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li teskludi lir-rikorrent mill-proċedura ta’ promozzjoni 2009, li ġiet innotifikata lilu fit-22 ta’ Novembru 2009;
—
sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Jannar 2010 li tiċħad l-ilment;
—
konsegwentement, tobbliga lill-konvenuta terġa’ tibda l-proċedura ta’ promozzjoni 2009, b’mod regolari, billi tinkludi lir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 25 000 bħala ħlas għad-dannu morali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy