3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/58
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2010 — Begue et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-27/10)
2010/C 179/101
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Christian Begue (Marcy, Franza) u oħrajn (rappreżentant: A. Woimant, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad lir-rikorrenti l-ħlas b’effett retroattiv tal-benefiċċji speċjali stabbiliti fl-Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni (Nru R/467/09) tal-Awtorità Kompetenti li Tikkonkludi l-Kuntratti (AKTK) li tiċħad l-“ilmenti” tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni ta’ ċħid tat-3 ta’ Settembru 2009 dwar it-talba għall-ħlas b’effett retroattiv tal-benefiċċji speċjali stabbiliti fl-Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy