3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/58
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2010 — Mioni vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-28/10)
2010/C 179/102
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gaëtan Barthélémy Maxence Mioni (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li twaqqaf l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni preċedentement mogħtija lir-rikorrenti
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-AKTK, tat-18 ta’ Ġunju 2009, li permezz tagħha twaqqaf l-għoti ta’ allowance ta’ espatrijazzjoni preċedentement mogħtija lir-rikorrenti, skont l-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll id-deċiżjoni tal-AKTK, tat-28 ta’ Ġunju 2010, li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment imressaq fit-2 ta’ Ottubru 2009;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy