11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/42
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-48/10)
2010/C 246/73
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Z (Lussemburgu, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni dixxiplinari tat-twissija bil-miktub, kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-danni morali.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-10 ta’ Lulju 2009 li timponi sanzjoni dixxiplinari fuq ir-rikorrenti fil-forma ta’ twissija bil-miktub;
—
skont il-bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ Marzu 2010, irċevuta fil-15 ta’ Marzu 2010, ta’ ċaħda tal-ilment;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni morali;
—
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy