11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/43
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2010 — Verheyden vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-54/10)
2010/C 246/75
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luc Verheyden (Angera, L-Italja) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jikseb l-istess trattament mogħti lir-rikorrenti fil-Kawżi F-5/05 u F-7/05.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fis-16 ta’ Lulju 2009;
—
Tannulla,sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment imressaq mir-rikorrent fit-28 ta’ Diċembru 2009, mogħtija fid-29 ta’ Marzu 2010;
—
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 3 000 għall-kumpens;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy