25.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/28
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 — Chiavegato vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-60/10)
2010/C 260/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Fulvia Chiavegato (Bettembourg, Il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tal-lista tal-uffiċjali promossi fis-sena 2009 kif ukoll, b’mod inċidentali, tal-atti preparatorji ta’ din id-deċiżjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla l-lista tal-uffiċjali promossi fis-sena 2009 adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fit-13 ta’ Novembru 2009 inkwantu din il-lista ma tinkludix l-isem tar-rikorrenti, kif ukoll, b’mod inċidentali, l-atti preparatorji ta’ din id-deċiżjoni;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy